Laura 2000 | Page 21

Year 6

Nieklu Ikel Tajjeb

Nicole Pia Curmi Year 6

Kemm hu sewwa li nieklu ikel tajjeb għal ġisimna. Tajjeb li nkunu nafu x’hinu ikel tajjeb u rridu nkunu kapaċi nagħrfu bejn ikel tajjeb u ikel ħażin.

Ikel tajjeb x’inhu? Ikel tajjeb huwa bħal ħaxix, frott, laħam, ħut, ħobż, ħalib u ħafna iżjed. Tajjeb għandkom tkunu tafu li f’ġurnata tal-inqas għandek tiekol ħames frottiet. Għandna nieklu minn dan biex dejjem ikollna s-saħħa u l-vitamini.

Ma għandniex għalfejn nieklu ħafna ħelu jew ċikkulata. Nafu biċ-ċar li dan jagħmlilna ħafna ħsara u jista iġib il-mard speċjalment mard tal-kanċer. B’ħafna ikel ħażin tista taqbadna l-obeżita u b’obeżita tista taqbadna ukoll l-ażma u nibdew naqtgħu n-nifs.

Aparti l-ikel għandna wkoll nagħmlu l-eżerċizju. Hemm min ikollu ċans biex imur il-Gym u hemm min ikollu ftit inqas ċans u immur jimxi. It-tnejn huma tajbin biex inzommu ruhna f’saħħitna.

Mela għaliex ma nieklux ikel tajjeb u nagħmlu ħafna eżerċizzju!!!

By: Nicole Pia Curmi – Year 6