Laura 2000 | Page 20

Djalogu bejn żewġ anzjani

Michael Saliba Year 6

Doris:Bonġu Mari, dam ma ġie d-dawl ilbieraħ?

Marija:Ġebbed sal-ħamsa. Għal ftit ma konniex ser nixegħlu l-lampa!

Doris:Meta ssemmi l-lampa tfakkarni fi żmien il-gwerra.

Marija:Iva! Tiftakar Dolor? Il-gvern kien għadda liġi biex wara ċertu ħin ma nixegħlux lampi u noqogħdu fid-dlamm ċappa.

Doris:U żgur li niftakar. Imma għaliex kienet saaret din il-liġi?

Marija:Din il-liġi kienet saret minħabba l-ajruplani tal-għadu. Jekk l-għadu jara d-dawl dan ikun jaf li għaddej minn fuq l-art u jibda jitfa’ l-bombi.

Doris:Veru?

Marija:U żgur li veru. Niftakar darba Żeppu ta’ Kalanġ mar jittawwal fuq landar bil-lampa. F’daqqa waħda ġew l-ajruplani u wieħed minnhom tefa’ bomba.

Doris:Iva! Niftakar, kien għadni naqra ta’ tifla. L-għada kont mort ma missieri fl-għalqa ta’ Żeppu u fejn waqgħet kien hemm toqba daqs dwejra.

Marija:Kienu żminijiet koroh dawk. Ser inħallik Dor għax għandi qadja. Il-ġurnata t-tajba.

Doris:Lilek ukoll.