Il-Malti... Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr! | Page 4

Il-Maltija u ċ-Ċiniża l-iskola... Daqqet il-qanpiena biex l-istudenti jmorru għall-ewwel brejk. Sandra tiltaqa’ ma’ tifla Ċiniża jisimha Liling. Huma qed jiddiskutu l-kultura Maltija u Ċiniża. Sandra: Ħelow, jien jisimni Sandra, int x’jismek? Liling: Jien jisimni Liling. Sandra: Kemm għandek ismek stramb!! Liling: Naf. Kulħadd jgħidli hekk peress li jiena Ċiniża. Kull isem Ċiniż għandu tifsira tiegħu u ismi nħoss li huwa vera sabiħ. Sandra: Allura xi jfisser? Liling: Ismi biċ-Ċiniż ifisser il-fwieħa tal-ġiżimin. Sandra: Int minn fejn ġejja? Liling: Jien kont ngħix Beijing iċ-Ċina għal tmien snin, imbagħad il-familja tiegħi ddeċidiet biex immorru ngħixu Malta ħalli jkolli edukazzjoni aħjar. Ili ngħix Malta sentejn. F’dawn issentejn tgħallimt nitkellem il- Malti, imma xorta għadni ma nħossnix komda biżżejjed għax ma tantx naf dwar it-tradizzjonijiet. Sandra: Hemm ikel Ċiniż li mhuwiex imbarazzanti? Liling: X’jiġifieri?! Sandra: Ikel li għandu togħma tajba għax jien smajt li fiċ-Ċina m’hemmx ikel tajjeb. Liling: Mhux vera! Aħna għadna ikel stramb imma għandna wkoll ikel tajjeb. Aħna għandna “Shanghai Dumplings”, “Scallion Pancakes” u “Spring Rolls”. Ikel ħelu għandna ”Mooncakes”, ”Mochi Ice-Cream”, ”Steamed Pear” u ”Eight Treasure Rice Pudding” Sandra: X’inhuma ”Eight Treasure Rice Pudding” u ”Mochi Ice-Cream”? Jinstemgħu vera tajbin. Liling; Eżattament! Il-ġelat Mochi ma oriġinax miċ-Ċina imma mill-Ġappun. Bażikament huwa ġelat f’forma ta’ ballun żgħir li għandu qoxra magħmula minn ross li jwaħħal. L-iżjed tip ta’ ġelat Mochi li jogħġobni huwa tal-Vanilla u tal-”green tea”.