Il-Malti... Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr! | Page 3

L-istudenta Maltija u l-istudenta Eġizzjana jiltaqgħu... Studenta: Skużani, inti taf fejn qiegħda l-klassi tal-Ingliż? Jiena: Iva, ibqa’ miexja matul dan il-kuritur imbagħad dur fuq ix-xellug. Int għadek ġdida ġo din l-iskola? Studenta: Iva. Din hija r-raba’ skola li biddilt s’issa. Jiena: Vera? Imma għaliex? Studenta: Jiena tifla Eġizzjana u ilni ngħix hawn Malta fuq sitt snin u peress li jiena m’għandix ġilda bħal tagħkom, kulħadd jaqbad miegħi. Sfortunatament f’kull skola sibtha diffiċli biex niġi aċċettata. Jiena: Mela miskina int! Suppost m’għandekx għalfejn tbiddel skola oħra issa, għax ġo din l-iskola dejjem nitkellmu kontra r-razziżmu. Wara kollox, int x’jismek? Studenta: Jiena jisimni Amira, għandi tnax-il sena u ngħix ġo appartament żgħir ġewwa Bugibba. U int? Jiena: Jien jisimni Jahel u bħalek għandi tnax-il sena. Jien għandi żewġ ħuti żgħar li jisimhom Sarah u Aaron. Jiena wkoll ngħix ġo appartament, iżda fil-Mosta. Studenta: Vera? Tgħix il-Mosta? X’taf tgħidli dwar il-Mosta? Jiena: L-aktar ħaġa li tolqot l-għajn fil-Mosta hija r-Rotunda, knisja kbira b’koppla majestuża, iddedikata lil Santa Marija. Studenta: Ġol-Eġittu wkoll għandna affarijiet li jolqtu l-għajn, bħall-famużi piramidi u lIsphinx li ilhom jeżistu għal eluf ta’ snin u bosta turisti jżuruhom ta’ kuljum. Jiena: Hekk hu, l-Eġittu huwa post famuż ħafna. Il-Mosta kibret ħafna u ssib minn kollox, fosthom ħafna ħwienet, ristoranti, ġonna u bandli. Jien togħġobni ħafna l-Mosta, l-aktar f’Awwissu meta niċċelebraw l-festa ta’ Santa Marija. Intom tiċċelebraw xi festi jew għandkom xi tradizzjonijiet oħra fl-Eġittu? Studenta: Aħna norganizzaw ikliet mal-familja u l-platt tradizzjonali huwa l-ħaruf. Nixtieq nistaqsik ukoll dwar it-temp f’Malta. Jiena: Fis-sajf tagħmel ħafna sħana u mmorru l-baħar u fix-xitwa t-temp jiksaħ, tagħmel ix-xita u anke r-ragħad, imma ma jagħmilx silġ. U fl-Eġittu? Studenta: Matul il-ġurnata tagħmel ħafna sħana iżda billejl t-temperatura titbaxxa ħafna. Jiena: Naqra temp stramb mela, imma nsomma. Isma’, daqqet il-qanpiena, jaqblilna mmoru għal-lezzjoni. Narak mela! Studenta: Ċaw u grazzi! Jahel Bezzina