Il-Malti... Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr! | Page 2

L-Awtobijografija Tiegħi Jien jisimni Sharon u għandi ħdax-il sena. Minn dejjem kont immaġinattiva, għalhekk ħajti nistħajjilha ġnien sabiħ u kbir. Waħda mill-fjuri ta’ ġol-ġnien hija jien. Xortija daħktili għax kelli tfuliti sabiħa u mimlija hena. Ommi u missieri pproteġewni u ppreparawni għall-istaġuni differenti li nista’ naħbat magħhom matul dan il-vjaġġ. L-ambjent ta’ madwari, għalkemm huwa mimli dħaħen, jogħġobni għax hemm biċċiet minnu sbieħ u li mhumiex meqrudin. Bħalissa qed niskopri d-dinja ta’ madwari u l-istaġuni ta’ ġo fiha. Qed ninduna li hemm insetti li jippruvaw iweġġgħuni u esperjenzi koroh li jkolli ninjorahom u nimxi ‘l quddiem. Imma mbagħad qed niskopri affarijiet tajbin u sbieħ tul din il-mixja tal-ħajja. Hemm opportunitajiet sbieħ u li jinvolvu ttalenti u l-passatempi tiegħi. Hemm ħbieb vera, li jistgħu jilqgħuni meta naqa’ u jgħinuni nqum. Fuq kollox, l-esperjenzi sbieħ u ta’ ħlewwa li ngħaddi minnhom kważi kuljum isebbħuli ħajti b’memorji li niftakar fihom meta jkolli bżonn ftit kuraġġ. Sharon Cilia Iżjed ma qiegħda nikber u jkolli maltempati u insetti f’ħajti, iżjed qed nitgħallem. Lesperjenzi sbieħ qegħdin jieħdu post dawk il-koroh u ta’ qtigħ ta’ qalb!