Il-Malti... Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr! | Page 14

Insiru Poetiċi...! In-natura Kemm hi sabiħa n-natura kollha kuluri, siġar u fjuri, u annimali ta’ kull tip. Għasafar fis-sema, żrinġijiet fl-ilma u l-bebbux fil-qoxra tiegħu stess jistkenn. Il-qattus ġo rokna għall-kenn tax-xitwa. U l-kelb jiġri fis-sjufija tas-sajf. Valentina Pia Selvaggi In-Natura Kif tgħaġġbek in-natura b'kull tip ta’ kreatura. Lanqas Da Vinci ma jegħlibha fil-pittura in-natura kif tisraqilna qlubna. Rebekka Cardona L-Arti Nifkatar meta kont inpinġi kelli biss tmien snin kollox kont nagħmel vażuni, siġar, frott kull ħaġa li tiġi f’moħħok imma żmien tal-lapes għadda issa żmien taż-żebgħa fjuri kkuluriti u xeni veru sbieħ. Indendilhom ġol-inkwatri kuljum infarfar fihom inħossni tassew kuntenta bix-xogħol li għamilt ma nixbax inħares lejhom u nitpaxxa fl-arti tiegħi. Danica Borg L-Ittra Tasal magħluqa sa wara l-bieb mingħand il-qraba, mingħand il-ħbieb. Lil kulħadd timla bil-kurżità, B'seba’ mitt sena sabiex jaqraha. Celine Azzopardi Ħajja Kull darba li titwieled tarbija ġdida, kull darba jkun hawn tbissima bnina. Il-ħajja hija ħaġa fraġli. irridu nieħdu ħsiebha, u hekk nagħmlu t-tjieba. U b’hekk tassew li, sempliċi għasfur, għandu l-unur, li jgħix ħajja tajba, bla ebda tbatija. Xi drabi jkollna l-ferħ, xi drabi jkollna n-niket. Iżda l-ħajja tibqa’ għaddejja. Cassidy Calleja Kemm Nixtieq Kemm nixtieq li Dak iż-żmien qatt Ma telaq imma Baqa’ Nostalġija kbira Taqbadni meta Niftakar f’dak il-jum Tant sabiħ Però donnok trid tgħid X’kien dak il-jum? Jiddispjaċini sieħbi però Bil-kurżità se nħallik illum! Adriana Vella