Il-Malti... Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr! | Page 11

Victoria Justice twieldet fid19 ta’ Frar 1993. Victoria hija kantanta u attriċi Amerikana. Hija saret attriċi t’għaxar snin u dehret f’bosta films u programmi, inkluż il-programmi li ħadmet fuq ‘Nickelodeon’, li huma ‘Zoey 101’ u l-famuż ‘Victorious’. Minbarra li hija attriċi, hija wkoll kantanta popolari. Hi kantat ħafna kanzunetti fuq il-programm ‘Victorious’. Il-Ħajja ta’ Victoria Justice Victoria Justice twieldet ġo Hollywood f’Florida. Hija għandha oħtha jisimha Madison. Hi u l-familja tagħha marru jgħixu hemm fis-sena 2003. Fl-2005 hija ppruvat tidħol ġo teatru mużikali u rnexxielha, bil-vuċi sabiħa li għandha! Victoria ħadmet ġo programm jismu ‘Zoey 101’ mill-2003 sal-2009, iżda dan ma tantx Jahel Bezzina irnexxa peress li ma tantx rawh nies. Wara ftit żmien hija saret taf li kienet se tirċievi l-‘musical’ tagħha stess li jismu ‘Victorious’. Meta kienet taħdem fil-programm ‘Zoey 101’, wieħed mill-kollegi tagħha sab post fejn hi setgħet tkanta, tiżfen u tirreċta fl-istess hin. Dan il-programm mexa tajjeb hafna għax maż-żmien irċieva ħames miljuni u iktar ta’ ammiraturi. Bħala kanzunetti li għamlet hi għal dan il-programm insibu ‘Make It Shine’, ‘Beggin’ on your Knees’ u ħafna iktar. Laqtitni Victoria Justice għax hija għandha ħajja tassew eċċitanti peress li għandha ċans tesprimi t-talenti tagħha u għax hija kantanta tajba ħafna.